Kinder and Primary

The four characters outline

L-Erbat Iħbieb ta’ Wied Lelluxa

storja introduttorja mmirata għar-Raba’ Sena tal-primarja

Ġeru, Fina, Faru u Żrinġi huma erbat iħbieb li jgħixu f’Wied Lelluxa u dejjem lesti għal avventuri ġodda. Għalkemm huma ħbieb kbar, kull wieħed minnhom għandu l-mod uniku tiegħu kif jitgħallem u jħares lejn id-dinja ta’ madwaru.

Aqra l-istorja u skopri kif kull wieħed minn dawn il-karattri jippreferi jitgħallem l-aktar. Wara, ieqaf ftit u aħseb dwar kif INT tippreferi titgħallem u għaliex.

Gwida għall-għalliema

Dan il-materjal qed jiġi żviluppat bħalissa.

Fil-Klassi mas-Sa Warda

it-tieni storja li tista’ tiġi applikata wkoll fir-Raba’ Sena tal-primarja

Is-Sa Warda tagħti lill-klassi tagħha attività marbuta ma’ Wied Lelluxa. Aqra din l-istorja u ara x’kapaċi joħolqu Ġeru, Fina, Faru u Żrinġi bil-mod partikolari tagħhom kif jitgħallmu.

Aħna lkoll għandna l-mod partikolari tagħna kif nitgħallmu u, għalkemm differenti minn xulxin, xorta nistgħu niksbu riżultati mill-isbaħ! Ejja niskopru flimkien kemm ideat differenti jistgħu joħorġu minn attività waħda u kemm ikun isbaħ meta naqsmuhom ma’ sħabna tal-klassi.

Gwida għall-għalliema

Dan il-materjal għadu jrid jiġi żviluppat.

Bżonn Xulxin

it-tielet storja mmirata speċjalment għall-Ħames Sena tal-primarja

Ġeru, Fina, Faru u Żrinġi jingħaqdu biex jaħdmu fuq proġett partikolari dwar kif kienu jgħixu l-Maltin dari. Skopri kif kull wieħed minnhom jikkontribwixxi fil-grupp billi juża l-mod tiegħu kif jitgħallem biex jgħin lil sħabu.

Qatt ħsibt kemm ikun sabiħ jekk nitgħallmu naħdmu tajjeb flimkien bħala tim? Qabelxejn, nitgħallmu napprezzaw aktar lil xulxin u l-kapaċitajiet differenti tagħna. Meta nappoġġjaw lil xulxin, ix-xogħol isir aktar interessanti u mimli gost! Nistgħu nużaw ukoll l-esperjenza ta’ ħidma fi grupp biex nitgħallmu minn xulxin, u b’hekk inrawmu jew insaħħu ħiliet li forsi għad irridu niżviluppaw. Aqra l-istorja u aħseb kif INT tista’ tagħti sehmek fi grupp bil-ħiliet tiegħek.

Gwida għall-għalliema

Dan il-materjal għadu jrid jiġi żviluppat.

Festin Sorpriża għal Ġeru

ir-raba’ storja li tista’ tiġi applikata wkoll fil-Ħames Sena tal-primarja

Ġeru wasal biex jiċċelebra għeluq sninu iżda din id-darba ħbiebu se jieħdu ħsieb il-festin minfloku. Tgħid kif se jirnexxilhom Żrinġi, Fina u Faru jippjanaw u jorganizzaw kollox minkejja li ma jħossuhomx kunfidenti jużaw dawn it-tipi ta’ ħiliet daqs Ġeru?

Aqra l-istorja u ara kif tista’ tirnexxi saħansitra meta attività ma taqbilx mal-mod kif tippreferi titgħallem. Xorta tista’ tikseb suċċess billi tippjana b’għaqal u torganizza ruħek, forsi bl-għajnuna ta’ ħaddieħor, kif ukoll titgħallem minn oħrajn li jitgħallmu b’mod differenti minnek.

Gwida għall-għalliema

Dan il-materjal għadu jrid jiġi żviluppat.

The LML Storybook Collection in English

https://the-four-friends-of-wied-lelluxa.netlify.app

https://in-class-with-miss-warda.netlify.app

https://becoming-a-team.netlify.app